Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Titħabbar l-għażla tat-Tim Nazzjonali għall-Kampjonati tal-Bowling tal-Mediterran

12/02/18 02:30 PM

Il-Malta Tenpin Bowling Association ħabbret l-għażla tat-Tim Nazzjonali għall-Kampjonati tal-Bowling tal-Mediterran li jmiss, hekk kif it-tim Malti qiegħed jiffoka sabiex iżomm l-ewwel post fil-kampjonati tal-Mediterran li jsiru kull sena f'April u huma miftuħin għall-Pajjiżi Mediterranji kollha. Kull pajjiż se jibgħat tim ta' 4 bowlers, żewg irġiel u żewġ nisa.

Il-proċess tal-għażla kien ibbażat fuq 24 logħba. Ir-rebbieħa huma Sue Abela, Sara Xuereb, Mauro Anastasi, Justin Caruana Scicluna.  L-erbgħa li huma għandhom esperjenza vasta f'dawn il kampjonati tal-Mediterran u huma lkoll rebbieħa ta' diversi medalji fil-passat. Fil-fatt, Sue Abela ikontestat rekord ta' 20 edizzjoni u hija l-aktar bowler li qatt rebħet medalji f'dawn il-kampjonati.   

It-tim Malti kien rebaħ 5 medalji fl-aħħar edizzjoni li saert ġewwa s-Slovenja, liema medalji poġġew lil Malta fil-quċċata tal-lista tal-medalji mirbuħa fl-edizzjonijiet kollha precedenti, b'rebħ ta' 39 medalji tad-deheb f'għoxrin edizzjoni. Il-Greċja tinsab fit-tieni post segwita minn Franza u mill-Italja. It-team Malti qed jitħarreg bis-serjetà ħalli jiddefendu l-ewwel post tagħna.  

L-edizzjoni tal-2018 ser issir fit-Turkija.