Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Argument imqanqal fl-Għassa tal-Imsida; ordnata tħallas €4,000

Charmaine  Attard   -  13/02/18 02:40 PM

Mara ġiet ordnata tħallas multa ta’ €4,000 wara li nstabet ħatja li weġġgħet żewġ uffiċjali tal-Pulizija f’argument imqanqal fl-għassa tal-Imsida.

Il-mara ġiet arrestata fl-għassa stess, meta marret flimkien mas-sieħeb tagħha, takkumpanja terza persuna li ssejħet biex tkun interrogata mill-pulizija.

Fil-Qorti nstema’ kif wara li ntalbet tistenna barra minħabba li l-każ ma kienx jikkonċernaha, il-mara attakkat liż-żewġ pulizija, fosthom mara.  It-tnejn ġarrbu ġrieħi ħfief.

Minħabba li kkollaborat mal-Pulizija, il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera tatha multa ta’ €4,000, li tista’ tħallashom bin-nifs, €120 fix-xahar.

Ritratt: Wikimapia.com