Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Il-Kunsill tal-Belt jiddiskuti l-‘mafkar ta’ Daphne’

Nicole  Borg  -  13/02/18 12:49 PM

Il-Kunsill Lokali tal-Belt se jkun qed jiddiskuti l-mozzjoni mressqa mill-Kunsillier Ray Azzopardi sabiex  il-messaġġi, xemgħat, u fjuri ddedikati lill-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia jitneħħew mill-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt.

Dan minkejja li s-Sindku tal-istess Kunsill, Alexiei Dingli qal li m’għandux il-poter li jneħħih hekk kif skont ir-raba’ edizzjoni tad-Digriet tal-Kunsilli Lokali, il-Monument tal-Assedju l-Kbir ma jaqax taħt il-mandat tal-Kunsill iżda huwa responsabbli għalih il-Gvern Ċentrali.

Il-mozzjoni li ġiet proposta fil-5 ta’ Frar tgħid li dan il-monument huwa wieħed Nazzjonali u mhux qabar personali.

Il-Kunsillier Azzopardi qal ukoll li l-monument jagħti ġieħ lil dawk li tqabdu waqt l-Assedju l-Kbir għal poplu Malti kollu.

Iċ-ċerpersin tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef ikkummenta wkoll dwar dan fejn qal li se jkun qed jopponi kull tentativ biex il-monument tal-Assedju l-Kbir jiġi rikonoxxut ukoll bħala monument għal Caruana Galizia.

Għaldaqstant in-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili qal li qiegħed fil-proċess li japplika formalment biex jitwaqqaf monument għal Caruana Galizia f'din il-pjazza stess, biex b'hekk isellmu l-memorja tal-ġurnalista, jitfakkar xogħolha u jkun simbolu li għadhom qed jistennew ġustizzja.

Ftit tas-siegħat biss qabel il-mozzjoni kien ħareġ filmat ta’ mara anzjana tivvandalizza mill-oġġetti li tħallew madwar il-monument. Minkejja li hi qalet lill-pulizija li waqgħet fihom, ftit tal-jiem wara ħareġ filmat ieħor juri lill-istess mara xxejjer il-bastun u ttajjar il-fjuri u l-messaġġi mal-madwar.

Ritratt: Ian Noel Pace