Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Aġġornata: "Jekk tagħmel ix-xita ma nerġgħux nipposponuh"

Nicole  Borg  -  13/02/18 11:44 AM

Jekk il-Maltemp jippersisti, skond it-tbassir tat-temp għall-jiem li ġejjin, il-Karnival jista’ jiġi kkanċellat totalment.

Dan ikkonfermah ma’ Newsbook.com.mt id-Direttur Artistiku tal-Karnival Jason Busuttil.

Ir-rapport tat-temp juri li ġejja ġurnata xita nhar il-Ħadd, il-ġurnata li għaliha ġie pospost il-Gran Finali tal-Karnival li kellu jsir illejla.


Minkejja li l-programm uffiċjali għadu qed jinħadem, Busuttil qal li x’aktarx il-Ħadd filgħodu se jsir il-Karnival tat-tfal u filgħaxija jkun hemm il-Gran Finali tal-karrijiet u żfin.

Busuttil ikkonferma ukoll li llum fit-3:30pm se sseħħ l-kompetizzjoni tal-karrijiet u ż-żfin.

Aktar kmieni...

Dawk kollha li tħassrulhom l-attivitajiet tagħhom waqt il-Karnival minħabba l-Maltemp se jkunu jistgħu jesebixxuhom fi tmiem din il-ġimgħa.

Dan ġie deċiż mill-organizzaturi tal-Karnival wara li bosta wrew id-diżappunt tagħhom minħabba li ma ngħatawx iċ-ċans jesbixxu ix-xogħol li kien ilhom madwar sena jaħdmu għalih.

Jidher li l-Ministeru għall-Kultura flimkien ma’ Jason Busuttil, id-Direttur Artistiku tal-Karnival, semgħu l-għajta tal-parteċipanti sabiex ma jħallux xogħolhom jisfaxxa fix-xejn.

Ritratt: Ian Noel Pace