Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Programm ġdid biex jintagħraf il-materjal tal-ISIS

Leon  Xuereb  -  13/02/18 10:59 AM

Il-Gvern Ingliż żvela għodda ġdida li kapaċi tidentifika kontenut ġiħadist u timblukkah milli jinxtered fuq l-internet.

Fi stqarrija l-Gvern Ingliż qal li eluf ta’ siegħat ta’ kontenut imtella’ mill-Istat Iżlamiku (ISIS) diġa ġew osservati minn dan is-software bil-għan li l-programm jitħarreġ b’mod awtomatiku biex jagħraf materjal estremist.

Il-programm kapaċi jagħraf 94% tal-materjal u attività diġitali tal-ISIS bi preċiżjoni ta’ 99.995%.

Kwalunkwe materjali li l-programm ma jkunx ċert minnu jkun immarkat biex ikun eżaminat manwalment minn uffiċjali biex tittieħed deċiżjoni fuqu.

S’issa ġew investiti aktar minn €500,000 minn fondi pubbliċi biex ġie maħluq dan il-programm minn ASI Data Scienece, il-kumpanija tal-intelliġenza artifiċjali bbażata f’Londra.

Uffiċjal għall-Gvern Ingliż qal mal-midja internazzjonali li mhux qed tkun eskluża l-possibilità li l-kumpaniji tat-teknoloġija jkunu obbligati bil-liġi biex jużaw dan il-programm.