Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Tista’ tivvota lill-isportiv favorit tiegħek

Charmaine  Attard   -  13/02/18 05:28 PM

Il-pubbliku jista’ jivvota għall-kategorija People’s Choice ta’ Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali.

Fi stqarrija, l-organizzaturi appellaw biex il-pubbliku jivvota fuq il-websajt ta’ Sport Malta – www.sportmalta.org.mt.

Il-votazzjoni tagħlaq nhar is-Sibt li ġej fl-10pm, waqt li tkun għaddejja s-serata finali.

Il-finalisti għall-People’s Choice Award huma Matthew Abela (Badminton Malta), Joe Bajada (Malta Cycling Federation), Ella Borg (Malta Gymnastics Federation), Steven Fenech (Malta Wheelchair Dancesport Association) u Matthew Zammit (Aquatic Sports Association of Malta).

Is-serata, li se tixxandar fuq TVM2, se ssir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u tibda fit-8pm 

Is-serata tat-58 edizzjoni ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali se tkun preżentata minn Clinton Buhagiar u Catherine Micallef.