Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

50,000 dar b'għajnuna dwar l-użu tal-ilma

Nicole  Borg  -  14/02/18 05:35 PM

Fit-tmien snin li ġejjin 50,000 dar se jingħataw għajnuna fejn jidħol konsum aħjar tal-ilma.

Dan se jsir permezz ta’ proġett li se jkunu qed jimplementa 27 miżura biex jissaħħa l-għarfien dwar kif l-ilma jista’ jintuża aħjar, fost affarijiet oħra.

Il-proġett li se jkun qed jara investiment ta’ €17-il miljun tħabbar mill-Ministru għall-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Fost oħrajn, il-proġett qed jimmira li jwettaq 85 proġett dwar il-konservazzjoni tal-ilma fl-iskejjel, isir żvilupp ta’ 5 siti b’teknoloġiji u prattiċi ġodda dwar l-ilma, isir programm ta’ moniteraġġ għall-kwalità tal-ilma ffukat fuq kontaminanti ġodda u jiġu rrestawrati sistemi ekoloġiċi fil-widien u artijiet mistagħdra (wetlands) kostali.

Il-Ministru Mizzi semma wkoll li se jitwaqqaf forum konsultattiv dwar l-immaniġjar tal-ilma li jġib flimkien rappreżentanti tas-settur pubbliku u privat.

Il-Ministru spjega li dan il-proġett se jkun qed jgħin fit-twettiq tal-Pjan Nazzjonali għall-Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Politika għall-Ilma (Water Framework Directive) tal-Unjoni Ewropea.

Il-proġett jaqgħa taħt il-Programm LIFE li twaqqaf fl-1992, u f’dawn l-aħħar 25 sena, 21 proġett propost minn Malta ġew approvati u kofinanzjati.

Ritratt: DOI - Clifton Fenech