Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Il-mixja tar-Randan tbiddel lill-qalb – L-Arċisqof

Nicole  Borg  -  14/02/18 06:37 PM

L-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna qal li l-mixja li tibda fir-Randan tbiddel il-qlub.

Waqt il-Quddiesa Stazzjonali ta' Ras ir-Randa l-Arċisqof Charles Scicluna qal li f’dan iż-żmien ta’ penitenza, il-qalb tal-bniedem tiċċarrat beraħ għall-Mulej. Huwa qal li l-karità, it-talb, u sawm li jsiru jridu jibdew wara proċess li jibda mill-qalb stess. Qal li mhix kwistjoni li l-affarijiet li jsiru, jsiru fil-beraħ, għaliex skont l-Arċisqof il-Mulej kapaċi jagħraf dak li jkun moħbi u jrodd lura hu.

Mons. Scicluna qal li f’Ras ir-Randan, l-ewwel sentiment li għandu jkun hemm fil-qlub huwa dak ta’ gratitudni. Stqarr li wieħed għandu jippermetti li qalbu tinħall mill-ebusija tagħha waqt dan iż-żmien speċjali. Żied jgħid li dan jippermetti lill-qalb biex tilqa’ fiha l-imħabba u l-Kelma ta’ Alla.

L-Arċisqof qal li f’dan iż-żmien tar-Randan, wieħed għandu jitlob lill-Mulej biex il-qalb tiegħu ssir xbieha ta’ Kristu.

Il-Quddiesa saret fil-Konkatidral ta' San Ġwann fil-Belt Valletta u kienet tinkludi wkoll it-tberik u t-tqegħid tal-irmied.

Live Feed: Kurja