Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Filmati: Jekk tagħrafhom ċempel lill-Pulizija

Charmaine  Attard   -  07/02/18 04:24 PM

Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018 qed jappella biex min għandu xi tagħrif jew jagħraf liż-żgħażagħ li wettqu vandaliżmu fuq l-iskulturi l-ġodda fil-Belt Valletta, jikkuntattja lill-Pulizija.

Fuq Facebook, Jason Micallef tella’ żewġ filmati li juru għadd ta’ żgħażagħ allegatament jivvandalizzaw skulturi, parti mill-proġett Hekk Jgħid il-Malti ta’ Valletta 2018.

Jason Micallef saħaq ukoll li dan il-filmat jinsab ukoll għand il-Pulizija.

Madanakollu qal ukoll li mhux qed jipponta subgħajh lejn dawn iż-żgħażagħ, iżda fi kliemu kien jidher ċar li ma kinux qed jieħdu ritratti. 

Il-proġett ta’ 13-il installazzjoni artistika ġie inawgurat jumejn qabel uħud mill-iskulturi ġew ivvandalizzati. 

Sadanittant, il-ġurnal The Times qal li dalgħodu l-iskulturi vandalizzati ttieħdu biex jitranġaw.

Xerred il-filmati biex tgħin lill-Pulizija ssib lill-allegati vandali.