Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Garaxx f'Ħal Qormi mibdul f'mekka għad-drogi; Ma jinħelsux

18/03/18 05:22 PM

Il-Qorti rrifjutat il-ħelsien mill-arrest għall-persuni ssuspettati bi traffikar tad-droga minn garaxx f'Ħal Qormi.

Fil-Qorti dalgħodu tressqu l-persuni li ġew arrestati dan il-lejl f’Ħal Qormi wara rejd mill-Pulizija f’garaxx minn fejn jidher li kien għaddej ċirku ta’ traffikar tad-droga.

9 persuni ġew arrestati, inkluż tmint irġiel u mara, li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn it-30 u t-62 sena.

Il-Qorti ddeċidiet li ma tatix il-ħelsien mill-arrest lil tnejn mill-akkużati.

Il-Qorti semgħat kif il-Pulizija kienet ilha ssegwi lis-susspettati għal dawn l-aħħar xhur u wettqet ir-rejd fil-lejl li għadda f’garaxx fi Triq il-Mejjilla f’Ħal Qormi.

Jidher li l-istess garaxx kien qed jintuża bħala ‘ċentru tad-droga’ fejn persuni kienu jmorru jixtru u jużaw id-droga.

L-Ispettur tal-Pulizija qal fil-Qorti li sitta mill-persuni arrestati kienu diġa twissew peress li l-Qorti kienet diġa tagħthom il-libertà proviżorja.

Fir-rejd li sar fil-garaxx tar-raġel, il-Pulizija sabet numru ta’ vetturi b’ammont ta’ droga li kienet suspettata kokaina, ssekwestraw ukoll reġistru, somma flus, flimkien ma’ għadd ta’ oġġetti relatati mad-droga.