Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Putin jirbaħ terminu ieħor ta’ sitt snin

18/03/18 08:28 PM

Il-President Russu Vladimir Putin rebaħ b’maġġoranza kbira l-elezzjoni li saret illum madwar il-pajjiż kollu, b’hekk estenda r-renju tiegħu fuq l-ikbar pajjiż fid-dinja għal sitt snin oħra fi żmien meta r-relazzjonijiet tiegħu mal-Punent huma ostili.

Ir-rebħa ta’ Putin se testendi ż-żmien tiegħu fl-Uffiċċju bi kważi kwart ta’ seklu, sal-2024, is-sena li fiha jkollu 71 sena.

Kien biss id-dittatur Sovjetiku Josef Stalin li għamel aktar snin minnu.

Putin wiegħed li se juża’ dan it-terminu biex ikabbar id-difiża kontra l-Punent u li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja fir-Russja.

F’riżultat li kien mistenni minn kulħadd, l-istħarriġ wara li għalqet il-votazzjoni wera li rebaħ il-vot b’73.9%.

Bil-mezzi tax-xandir tal-istat, il-partit fil-Gvern u l-istħarriġ tal-oppinjoni pubbliku juri l-approvazzjoni min-nies li kien 80%, ir-rabħa qatt ma kienet inċerta.

Ħadd mios-seba’ kandidati l-oħra ma kien ta’ theddida, bil-mexxej tal-Oppożizzjoni Alexei Navalny imwaqqaf milli jikkontesta. Kritiċi tal-Gvern qalu li uffiċjali sfurzaw lin-nies biex joħorġu jivvutaw biex jegħlbu n-nuqqas ta’ interess li ġġib magħha elezzjoni min-naħa waħda.

Storja u Ritratt: Reuters