Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Aġġornata: Sewwieq ta' mutur imut fuq il-post fi Triq il-Kosta

Matthew Borg  -  18/03/18 09:05 AM

Sewwieq ta’ mutur tilef ħajtu fuq il-post dalgħodu fi Triq il-Kosta.

Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45am, xħin is-sewwieq, raġel ta' 44 sena li kien joqgħod il-Mellieħa, tilef il-kontroll tal-vettura.

Aktarx li s-sewwieq tilef il-kontroll wara li laqat barrier.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

Intant, il-Pulizija avżat biex is-sewwieqa jużaw toroq alternattivi għalissa.