Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Splużjoni f’Katanja; imutu 3

Nicole  Borg  -  21/03/18 06:32 AM

Tliet persuni mietu u tnejn oħra ndarbu fi splużjoni f’Katanja matul il-lejl li għadda. Tnejn mill-vittmi kienu ħaddiema tas-salvataġġ.

L-isplużjoni bdiet wara li ħareġ xi gass f’ħanut li jsewwi r-roti fi Triq Garibaldi.

Il-ġirien tal-ħanut xammew riħa qawwija ta’ gas ħierġa mill-ħanut u ċemplu lill-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili. Iżda malli dawn waslu fuq il-post u ppruvaw jaqtaw il-katini li kienu qed isakkru l-ħanut, ħarġet xi forma ta’ xrara li wasslet sabiex jisplodi l-bini.

Ħames ħaddiema tas-salvataġġ ittieħdu l-isptar, iżda tnejn mietu ftit wara li waslu. Tnejn oħra sofrew minn ħruq gravi.

Il-vittma l-oħra kien raġel ta’ 80 sena li kien jgħix fl-istess binja.

Ritratt: Repubblika.it