Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Jirritornaw il-maġġoranza tal-bniet li nħatfu fin-Niġerja

Nicole  Borg  -  21/03/18 06:49 PM

Il-maġġoranza tal-110 ibniet Niġerjani, li nħatfu minn militanti fil-villaġġ ta’ Dapchi ix-xahar li għadda, ġew irritornati.

Dan kien ikkonfermat mill-Gvern tan-Niġerja fejn wara l-għajnuniet presidenzjali, ġew irrintornati 101 tifla kmieni dalgħodu.

Il-Gvern qal li l-armata ħalliet lill-militanti jgħaddu u għaldaqstant ma kienx hemm ġlied u ma ntilfux ħajjiet. Madanakollu, qalu li ma ħallsux flus għall-ħelsien tagħhom.

Skont rapporti, qed jingħad li minn tal-inqas ħamest ibniet mietu matul ix-xahar, u li għad hemm tifla Kristjana li qed tinżamm ostaġġ.

Waħda mill-bniet maħtufin, qalet li l-ħamest ibniet inqatlu wara li tgħaffġu meta kienu qed jiġu traffikati fil-vannijiet. It-tifla qalet ukoll li nżammu fi spazju magħluq u li kellhom isajru huma stess sabiex jieklu u jgħixu.

Madanakollu l-Gvern Niġerjan ma semma xejn dwar dawn l-imwiet.