Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Kastilja, il-Parlament u Tritoni se jintfew għal siegħa

Nicole  Borg  -  21/03/18 08:37 AM

Il-Berġa ta’ Kastilja, il-Parlament u l-funtanta ta’ Tritoni se jintfew nhar is-Sibt bejn it-8:30pm u d-9:30pm.

Dan tħabbar ilbieraħ mill-Ministru għall-Ambjent, José Herrera hekk kif Malta se tkun qed tingħaqad mal-kumplament tad-dinja biex tiċċelebra is-Siegħa tad-Dinja (Earth Hour).

It-tema magħżula għal din is-sena hija “Inħallu lin-Natura Tibrilla”.

Il-Ministru Herrera spjega li din is-siegħa għandha twassal lil kulħadd biex jirrifletti u japprezza kemm hu mportanti li wieħed jagħmel l-almu tiegħu biex jippreserva l-ambjent.

Fi stqarrija mill-Ministeru għall-Ambjent, intqal li tul il-ġurnata tas-Sibt se jkun hemm numru ta’ attivitajiet. Dawn jinkuldu:

  • Filgħodu fi Pjazza Tritoni: Titqassam informazzjoni dwar il-Wasteserv, id-Direttorat tal-Parks, id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti u l- Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.
  • Fis-6pm, mal-faċċata tal-Parlament se jintwera l-film Planet Earth: The Future.
  • Bejn is-6pm u 8pm: id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti se jħejji attivitajiet għat-tfal fosthom mikroskopju u kompetizzjoni tat-tpinġija.
  • Bejn it-20:30 u d-21:30, quddiem il-Parlament se jinxtegħlu x-xemgħat bil-logo ta’ Earth Hour kif ukoll se jkun hemm Earth Dance.

Apparti l-binjiet diġa msemmija, se jintfew ukoll iċ-Ċittadella, il-Forti Sant’Anġlu, il-Forti Sant’Iermu, il-Qorti u numru ta’ ministeri u entitajiet governattivi.

Ritratt: DOI