Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

L-MFSA hija responsabbli għas-superviżjoni tal-banek lokali - ECB

Christoph  Schwaiger  -  21/03/18 05:19 PM

Il-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) qal li f’Malta, l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) hija l-awtorità superviżorja u regolatorja tal-banek.

Mistoqsi minn Newsbook.com.mt dwar ir-reazzjoni tal-ECB għall-aħbar li s-sid u ċ-ċermen tal-Bank Pilatus Ali Sadr Hashemi Nejad ġie arrestat it-Tlieta fl-Istati Uniti, kelliem għall-ECB qal li bħala istituzzjoni ma jistgħux jikkumentaw dwar dan il-każ invidwali minħabba kodiċi ta’ segretezza finanzjarja.

Il-kelliem qal ukoll li ma setax jikkummenta dwar jekk hux se jsir monitoraġġ tas-sitwazzjoni f’Malta. Huwa ssuġġerixxa li l-mistoqsijiet dwar il-każ b’rabta mal-arrest tas-sid tal-Bank Pilatus għandhom jintbagħatu lill-MFSA.

Skont is-sit tal-ECB, l-ECB hija istituzzjoni uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Tgħid li għandha madwar 2,500 impjegat li jaħdmu mill-qrib mal-banek ċentrali nazzjonali fis-sistema Euro, u dwar is-superviżjoni tas-sistema bankarja, flimkien mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali.

Intant, fl-aħħar ħin l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA)  keċċiet is-sid tal-bank Pilatus Ali Sadr Hasheminejad.

Aqra aktar dwar l-iżviluppi fuq il-Bank Pilatus: 

L-MFSA ma tirrevokax il-liċenzja ta' Pilatus Bank; tkeċċi lis-sid

"L-Amerikani ilhom jafu, aġixxew biss illum" - Il-PM

Pilatus Bank: Neħħu l-liċenzja llum - PN; il-PM m'għandux poter - PL

Filmat: Pilatus maqjel tal-kriminalità; pulizija jintlemħu fil-Bank – attivisti

X’qalu l-MPs dwar Pilatus Bank fil-Parlament?

Pilatus Bank: X’qed jgħidu fuq l-arrest ta' sid il-bank?

Bdew jinvestigawh qabel ingħata l-liċenzja f’Malta

"Il-Maltin jiġru wara Efimova; l-Amerikani jarrestaw lil sid Pilatus" - ulied Daphne

Filmat: "Kont naf li se tiġri; Min se jerfa' r-responsabbiltà?" – Ferris

Ritratti: “Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma” - sinjali quddiem il-Bank Pilatus u l-FIAU

Itennu għar-riżenja tal-Kummissarju llejla