Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Se jżur Malta l-President tal-Albanija

Charmaine  Attard   -  23/03/18 12:14 PM

Il-President tal-Albanija Ilir Meta se jagħmel żjara statali ta’ jumejn f’Malta bejn nhar it-Tnejn u t-Tlieta li ġejjin.

Wara ċ-ċerimonja tal-wasla fi Pjazza San Ġorġ, huwa se jkollu taħdidiet mal-President Marie-Louise Coleiro Preca fil-Palazz il-Belt.

Il-President Meta se jkollu wkoll laqgħat mal-Prim Ministru Joseph Muscat, mal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia.

L-impenji tal-President Meta f’Malta jinkludu wkoll żjarat f’diversi postijiet kulturali fosthom l-Imdina.