Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

3 persuni arrestati dwar kaċċa illegali

Charmaine  Attard   -  16/04/18 12:13 PM

Tliet persuni ġew arrestati minħabba kaċċa illegali fi staġun magħluq.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li lbieraħ għall-ħabta tas-6.30pm, ħidma mis-Sezzjoni tal-ALE wasslet għall-arrest fl-inħawi ta’ Ħal Għaxaq.

Iż-żewġ persuni, li għandhom 20 u 47 sena, u huma minn Ħal Għaxaq mistennija jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin.

Ilbieraħ ukoll ġie arrestat raġel ieħor ta’ 42 sena, minn Ħal Għaxaq, li kien qiegħed għall-kaċċa fi staġun magħluq kif ukoll kien qed jagħmel użu minn arma tan-nar immodifikata.

Dwar dan l-aħħar każ, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u l-persuna se titressaq il-Qorti aktar ‘il quddiem.