Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Filmat: Emma emozzjonata bil-kummenti li għaddewlha

Nicole  Borg  -  16/04/18 05:53 PM

Waqt l-episodju tal-lum ta’ Amici, il-kantanta Maltija Emma Muscat dehret emozzjonata wara li xi persuni kkritikawha.

Jidher li kien hemm min qal li meta tkanta ma tpoġġix biżżejjed emozzjoni fil-kanzunetta, kumment li jidher li affettwa lill-kantanta b’mod negattiv.

Spjegat li meta tkanta, dejjem tkanta bil-qalb u li minkejja li forsi l-emozzjoni tagħha ma tasalx għand xi wħud, jidher li hemm persuni oħra li jammirawha.