Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Filmat: ​Il-ħajja tas-sors tiegħi tal-FIAU tista’ tkun fil-periklu – Casa

Christoph  Schwaiger  -  16/04/18 11:09 AM

​Il-Membru tal-Parlament Ewropew Nazzjonalista David Casa qal li jista’ jkun li b’dak li jgħid dwar l-FIAU, il-ħajja tas-sors tiegħu tkun fil-periklu.

Dan il-kliem Casa qalu quddiem il-qorti wara li qal li ta evidenza dwar rapporti tal-FIAU. Huwa saħaq li mhux se jkun qed jikxef l-identità tas-sors.

Casa qal ukoll li għada se tibda battalja ġdida mill-midja, b’referenza għall-grupp ta’ 45 ġurnalist liħadmu flimkien biex ikomplu x-xogħol li bdiet il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia. Huma mistennija jibdew jippubblikaw is-sejbiet tagħhom għada. Is-Sibt li għadda, id-Deputat Jason Azzopardi ħabbar fuq Facebook li asa ntalab jixhed mill-qorti dwar inkjesta tal-aġenizija tal-Gvern kontra l-ħasil tal-flus l-FIAU u n-nuqqas ta’ azzjoni mill-Pulizija ta’ Malta.

Fi stqarrija Casa qal li għandu rapport fidejh li jitlob għal azzjoni mill-Pulizija kontra l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi. Qal li fih dettalji ta’ skemi u sistemi ta’ korruzzjoni u ħasil tal-flus b’rabta ma’ membru mill-eżekuttiv u uffiċjali pubbliċi oħra fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Casa xehed quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke li qed tmexxi l-inkjesta li qed issir dwar minn kixef ir-rapporti tal-FIAU.