Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Filmat: Nas Daily jgħix xi sigħat ma' Salvu ta' Kemmuna

16/04/18 01:36 PM

Fost il-ħafna filmati li qiegħed joħloq il-vlogger Nas Daily dwar Malta, waqt iż-żjara tiegħu fil-Gżejjer Maltin, issa kien imiss lil Salvu, wieħed mir-residenti ta' Kemmuna. 

Nas Daily irnexxielu jaqta l-kurżità ta' ħafna b'siltiet mill-ħajja ta' dan il-bniedem li għal bosta snin kien qisu l-misteru ta' Kemmuna. 

Fil-filmati ħarġu ħafna aspetti interessanti dwar Salvu, fosthom dwar kemm jgħix ħajja eco-friendly, b'sistemi mekkaniċi magħmula minnu stess u li jużaw enerġija nadifa. 

Nas Daily saħaq ukoll kif għalkemm jgħix waħdu (waqt li jieħu ħsieb lil ħuh), Salvu mhuwiex persuna "lonely" għax wara kollox huwa kuntent. 

Segwi l-filmat ta' Nas Daily hawn: