Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

IRBAĦ 2 biljetti għall-Finali tal-UEFA Champions League 2018

16/04/18 03:05 PM

Grazzi għall-Pepsi, qed tingħata l-opportunità li jintrebħu biljetti għal-logħba finali tal-UEFA Champions League li se ssir fi Kiev, l-Ukrajna, u għal-logħob tas-semifinali, kif ukoll mijiet ta’ premjijiet oħra tal-futbol matul il-promozzjoni ta’ din is-sena.

Kif tista’ tirbaħ?

Żur www.pepsifootball.com.mt u daħħal l-kodiċi li ssib fuq wara tal-flixkun tal-Pepsi li fih it-tikketta promozzjonali tal-UEFA Champions League, kif ukoll id-dettalji tiegħek. B’hekk tkun qed tidħol fiċ-ċans li tirbaħ numru ta’ rigali kull siegħa. Dawn jinkludu tazzi tal-Pepsi, brieret tal-UCL, flokkijiet, xalel u maggijiet, blalen tal-futbol uffiċjali tal-Adidas, drones DJI Spark Mini Quadcopter, PlayStation 4 u logħob PES 2018 Pro-Evolution, Playsets tas-Subbuteo tal-UCL u Table Soccer tal-UCL. 

Fuq kollox, il-parteċipanti jidħlu wkoll f’lotterija kbira li se tittella’ fil-25 ta’ April 2018. It-tliet premjijiet f’din il-lotterija jinkludu żewġ biljetti għall-finali tal-UCL, u erba’ biljetti għal-logħob tas-semifinali tal-UCL, bit-titjiriet (bit-taxxi mħallsin), bl-akkomodazzjoni ta’ żewġ iljieli fuq bażi B&B f’lukanda ta’ tliet stilel, u bit-transfers mill-ajruport u l-istadium inklużi. L-assigurazzjoni mhix koperta.

It-tikketti promozzjonali tal-UCL qegħdin mal-fliexken tan-0.5Ltr u tal-1.5Ltr tal-Pepsi, Diet Pepsi u Pepsi Max.