Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ritratti: “Il-posters juru x’naħsbu dwar il-persuni li qed imexxu pajjiżna” – Occupy Justice

Nicole  Borg  -  16/04/18 07:35 AM

Matul il-lejl li għadda, il-grupp Occupy Justice komplew is-serje ta’ protesti billi użaw posters minn films ta’ Hollywood u biddlulhom it-titoli u r-ritratti, biex jirreferu għall-Prim Ministru Joseph Muscat, iċ-Chief of Staff Keith Schembri u l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi.

Il-posters ittellgħu mill-attivisti kemm quddiem Kastilja fil-Belt Valletta, kif ukoll quddiem il-Bank Pilatus f’Ta’ Xbiex, sabiex ifakkru s-sitt xhur mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fost il-films li ntużaw hemm:

  • The Greatest Salesman minflok The Greatest Showman
  • Crookfellas minflok Goodfellas
  • We need to talk about Keith minflok We need to talk about Kevin
  • Lord of the Lies minflok Lord of the Flies
  • Dial C for Corruption minnflok Dial D for Don
  • Fifty Shades of Konrad minflok Fifty Shades of Gray
  • My Big Fat Iranian Wedding minflok My Big Fat Greek Wedding

L-attivisti tal-grupp #occupyjustice qalu li l-posters juru biċ-ċar x’jaħsbu mill-persuni li qed imexxu l-pajjiż filwaqt li qed jitfgħu dawl fuq l-istat perikoluż tal-liġi Maltija.

“Aħna se nibqgħu nissieltu biex niġġieldu kontra t-tħassir tal-pajjiż. Irridu mexxejja li jkunu ta’ eżempju morali għall-ġenerazzjonijiet futuri,” sostnew #occupyjustice.