Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ritratti: X'qed tagħmel bħalissa Kylie Camilleri?

16/04/18 05:49 PM

Iż-żagħżugħa Kylie Camilleri, sewwieqa u membru tal-Karting Club Malta qiegħda taħdem bla heda biex tirrappreżenta lil Malta fit-Trofew tal-Akkademja tal-Karting CIK-FIA.

Il-Trofew tal-Akkademja Karting CIK-FIA hija kompetizzjoni ta' tip wieħed ta' go-karts iddiżinjat biex joħloq kompetizzjoni ugwali fost sewwieqa mid-dinja kollha. 

Is-sewwieqa żgħażagħ ta' bejn it-12 u l-14 sena, jirrappreżentaw lil pajjiżhom b'karts mgħammra b'Chassis Exprit u magni Vortex mill-kategorija OK-Junior u tajers Le Cont. B’karts kompletament ugwali, din il-Kompetizzjoni hija bbażata fuq il-ħila u d-determinazzjoni tas-sewwieqa.

Il-lista tal-iskrizzjonijiet għall-edizzjoni tal-2018 tinkludi 51 sewwieq, li tlieta minnhom tfajliet u jinkludu lil Kylie Camilleri, minn erba' nazzjonijiet minn ħames kontinenti. Malta, Barbados, Kenja u Tajwan huma fost il-pajjiżi ġodda attirati minn din il-kompetizzjoni fejn il-ħila tal-parteċipanti tieħu preċedenza fuq bosta aspetti oħra.

Dan l-istaġun it-trofew tal-Karting Akkamediku CIK-FIA se jżur tliet pajjiżi Ewropej partikolarment aċċessibbli u magħrufin għar-rabtiet tagħhom mal-istorja tal-Karting: Franza, l-Italja u l-Belġju. It-tliet kompetizzjonijiet se jsiru f'ċirkwiti famużi ħafna.

Minħabba n-nuqqas ta' faċilitajiet f'Malta, Kylie ma kellha l-ebda għażla oħra ħlief li tivvjaġġa flimkien mal-familja tagħha għal cirkwiti differenti fi Sqallija biex tipprepara ruħha għall-parteċipazzjoni f'dan it-trofew. 

It-tliet avvenimenti għandhom iseħħu fis-6 ta' Mejju 2018, fiċ-ċirkwit Internazzjonali tal Karting f'Salbris fi Franza, it-tieni fil-15 ta' Lulju fis-South Garda Karting f'Lonato fl-Italja u t-tielet fid-9 ta' Settembru f'Genk fil-Belġju .