Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Xadina taħrab mill-Iklin u tasal f’lukanda f’San Ġiljan

Nicole  Borg  -  16/04/18 01:54 PM

Ix-xadina bl-isem ta’ Franko li jidher li ħarbet mir-residenza tagħha fl-Iklin, instabet tirrilassa fil-faċilitajiet tal-lukanda Corinthia tal-Bajja San Ġorġ.

Fuq Facebook, il-lukanda qalet li ħadet ħsieb lil Franco sakemm waslet għalih il-familja tiegħu. Spjegaw ukoll li tawh jiekol ħafna banana.

Il-lukanda qalet li qed tittama li issa Franco jtihom il-massimu tal-istilel fuq Trip Advisor.