Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Kien qed jaffaċċja għomru l-ħabs, iżda ħareġ illiberat

Matthew Borg  -  17/04/18 07:51 AM

Raġel li kien qed jaffaċċja sa għomru l-ħabs minħabba akkużi ta’ traffikar ta’ eroina lbieraħ ħareġ mill-Qorti lliberat u ħieles.

Il-każ huwa dak ta’ Martin Dimech ta’ 57 sena miż-Żejtun, meta fl-2009 l-Pulizija sabet 5 pakketti ta’ eroina li kellha purità ta’ 35%, u li qalet li nstabu fid-dar fejn kien qed joqgħod.

Jidher li l-ġuri beda l-ġimgħa l-oħra, wara li kien hemm każ ieħor li fetaħ l-akkużat stess, meta allega li d-drittijiet fundamentali tiegħu ġew mittiefsa minħabba li l-Avukat Ġenerali kellu l-poter li jiddeċiedi hu l-każ kellux jinstema’ minn maġistrat jew mill-ġurati.

Iżda l-Qorti Kostituzzjonali kienet irrifjutat it-talba f’Settembru tal-2014, u għalhekk il-każ tal-eroina seta’ jibda.

Ilbieraħ fil-Qorti l-ġurati semgħu li ma nstabu ebda marki diġitali tas-swaba’ ta’ Dimech fuq il-boroż jew id-droga, u l-avukati ta’ Dimech staqsew dwar bosta inkonsistenzi fil-provi mressqa.

Wara tlitt ijiem ta’ deliberazzjoni, ittieħed vot u b’mod unanimu Dimech inħeles mill-akkużi.