Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Id-Dar tal-Providenza nnominata għall-Premju Ċittadin Ewropew

Charmaine  Attard   -  22/04/18 09:23 AM

Id-Dar tal-Providenza giet innominata għall-Premju Ċittadin Ewropew 2018.

Dan sar fuq inizjattiva tal-MPE Francis Zammit Dimech u kisbet ukoll l-appoġġ tal-Ewroparlamentari Nazzjonalisti Roberta Metsola u David Casa.

Il-MPE tal-Partit Laburista Miriam Dalli u Marlene Mizzi innominaw lil Bjorn Formosa.

Hekk kif għalqu in-nominazzjonijiet, Newsbook.com.mt huwa infurmat li l-Ewroparlamentari Nazzjonalisti qed jimbuttaw biex kemm id-Dar tal-Providenza kif ukoll Bjorn Formosa jingħataw dan il-premju b'mod konġunt.

L-istorja ta' dan il-premju turi li huwa rari li żewġ individwi jew organizzazzjonijiet jingħataw il-Premju Ċittadin Ewropew fl-istess sena.

Il-Premju taċ-Ċittadin Ewropew irrikonoxxa proġetti u inizjattivi li jippromwovu l-valuri Ewropej u l-ftehim reċiproku, u li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni li taqsam il-fruntieri.

Is-sena li għaddiet l-Għaqda Każini tal-Banda ngħatat dan il-Premju mill-Parlament Ewropew.