Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

“Se jkollna 50 darba iktar mill-Fosos f'pompi tal-petrol” - Azzopardi

Mill-Parlament   -  14/05/18 09:34 PM

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li se jkollna 50 darba iktar mill-Fosos f'pompi tal-petrol.

Fil-Parlament, Jason Azzopardi qal li l-Gvern hu maħkum mill-obbligazzjonijiet li għandu l-Partit Laburista u qed jagħmel ħsara ambjentali kbira fuq medda ta’ art imwiegħda għall-pompi tal-petrol.

Fid-dibattitu dwar il-liġi għall-protezzjoni għall-ambjent, Azzopardi qal li l-bidla fil-politika tal-pompi tal-petrol wasslet biex f`Malta se jkun hawn pompi tal-petrol għaxar darbiet aktar milli għandha illum.

Saħaq li “dan il-Gvern qed iwettqu b`qerq u ngann”.

Dwar l-iskema tal-fliexken tal-plastik qed jinħareġ b`tali mod li tinħadem minn imprenditur ewlieni u dan għax qed jingħad li min se jħaddem din l-iskema diġà ngħażel u dan hu ħażin.

“Il-Gvern ma jistax ireġġa` lura l-arloġġ - Galdes

Min-naħa tiegħu, s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li Azzopardi nesa` li kien jagħmel parti minn Gvern Nazzjonalista li fi 15-il sena ħareġ numru kbira ta`permessi għal pompi tal-petrol f`żoni barra l-iżvilupp ODZ.

Huwa qal li l-Gvern Laburista ma setgħax ireġġa` lura l-arloġġ fis-sens li numru ta` żvilupatturi ħadu l-każ tagħhom fil-qrati wara li l-Awtorità tal-Ippjanar biddlet l-politika tagħha.