Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Evita li tilbes dawn il-ħwejjeġ fuq post tax-xogħol!

Nicole  Borg  -  14/05/18 12:46 PM

F’soċjetà li dejjem qed tinbidel, ir-regoli dwar il-ħwejjeġ li wieħed għandu jilbes għax-xogħol qed jinbidlu wkoll, iżda dejjem tibqa’ lista twila ta’ ħwejjeġ li wieħed qatt ma għandu jilbes.

Minkejja li dawn t’hawn taħt mhux applikabbli għal kull industrija jew post tax-xogħol, se jgħinukom tagħżlu aħjar dak li għandkom tixtru jew tilbsu biex tidhru aktar professjonali.

L-iktar ħaġa importanti tibqa’ dik li jkollok ħwejjeġ nodfa u kemm jista’ jkun mhux imkemmxa.

X’għandek tevita?

  1. Ħwejjeġ trasparenti (see-through)
  2. Qliezet tal-yoga jew leggings
  3. Kull ħaġa li tidher wisq stretta, ħwejjeġ qosra jew wisgħin ħafna
  4. Flokkijiet bi spalla waħda
  5. Ħwejjeġ li jikxfu ż-żaqq, id-dar u s-sider
  6. Ħwejjeġ li minnhom jidhru l-ħwejjeġ ta’ taħt
  7. Ħwejjeġ b’tessut bħal dak tal-annimali
  8. Pajama
  9. Crocs
  10. Ħwejjeġ li s-soltu tilbes biex tmur il-ġinnasju
  11. Ħwejjeġ li s-soltu tilbes biex tmur Paceville
  12. Ħwejjeġ imtebbgħin
  13. Jeans ċari jew imqattgħin
  14. Flokkijiet biċ-ċingi
  15. Flokkijiet tan-nofs komma li tkun xtrajt minn xi safra fuq xi bajja għaxar snin ilu
  16. Ħwejjeġ miżgħuda bl-antaċċjoli jew xinxilli