Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Skema ta' studju YSSS imġedda għal sena oħra

14/05/18 06:07 PM

L-APS Bank huwa kburi li qed jaħdem flimkien mal-Aġenzija Żgħażagħ, li hija l-aġenzija nazzjonaligħaż-żgħażagħ f’Malta, biex joffru opportunitajiet ġodda ta’ speċjalizzazzjoni fil-karriera lill-istudenti ta’ bejn it-18 u t-30 sena. 

Il-Youth Specialisation Studies Scheme (YSSS) hija skema għal studji speċjalizzati li ilha titħaddem sena wara l-oħra mill-1994 ‘il hawn, u kienet strumentali biex żgħażagħ Maltin setgħu jkomplu l-istudji tagħhom barra minn Malta. 

Dawk li jixtiequ jaqbdu karriera fl-aeronawtika spazjali, fis-saħħa u l-bijoteknoloġija, fil-produzzjoni ta’ logħob diġitali, fl-istudji veterinarji, fl-agrikoltura jew studji tal-baħar, fix-xogħol fost iż-żgħażagħ, l-isport, il-konservazzjoni tan-natura, jew fir-restawr speċjalizzat u fl-arti, jistgħu jiffinanzjaw l-istudji tagħhom b’ammont li jasal sa €30,000, b’rata ta’ mgħax sussidjata.

Il-faċilità tagħti wkoll benefiċċji oħra lil kull applikant li jiġi aċċettat. Dawn huma polza tal-assigurazzjoni b’xejn fuq l-ivvjaġġar, karta ta’ debitu VISA b’xejn, u l-possibilità li jgawdi minn moratorju ta’ massimu ta’ ħames snin fuq il-ħlas lura tal-kapital.  

Min hu interessat li jibbenefika mill-YSSS huwa mistieden li japplika permezz tas-sit elettroniku http://www.agenzijazghazagh.gov.mt mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa, 15 ta’ Ġunju, 2018.