Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Sebat itfal milquta ħażin minn ġobon Franċiż infettat bl-E.coli

Stefan  Pullicino  -  15/05/18 11:10 PM

Tip ta’ ġobon li ġej mill-Alpi Franċiżi qed jitneħħa mis-suq wara li nstab li tfal żgħar ħadu l-batterji tal-E.Coli.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Agrikoltura ta’ Franza li semma kif il-ġobon ta’ Reblochon irid jiġi irtirat mis-supermarkets Carrefour u Intermarche.Din l-azzjoni waslet wara li l-awtoritajiet Franċiżi rabtu seba’ każijiet ta’ E.coli ma tfal ta’ bejn sena u nofs u tliet snin li kkunsmaw dan it-tip ta’ ġobon.

F’sitta minn dawn il-każijiet, l-infezzjoni li ħadu t-tfal tista’ twassal għall-kundizzjoni serja li twaqqaf il-kliewi milli jaħdmu.

Il-Ministeru Franċiż qal li din is-sejħa lura ta’ ġobon tinvolvi 329 tunnellata ta’ ġobon li ġie prodott mill-aħħar ta’ Jannar lil hawn.

Madankollu għadu mhux magħruf kemm minn dan il-ġobon infettat għadu fis-suq.