Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​“Se jiġi regolat is-settur tal-care workers” – Agius Decelis

Stefan  Pullicino  -  16/05/18 08:49 PM

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis qal li tnieda l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-abbozz li se jirregola s-settur tal-care workers

Tkellem dwar il-popolazzjoni Maltija li qal dejjem qed issir iktar anzjana u li għalhekk se jkun hawn bżonn iktar care workers.

Spjega li biex isir dan, is-settur ikun irid jiġi regolat skont prattiċi u kompetenzi filwaqt li tapplika sanzjonijiet dawk li ma jissodisfawx dawn l-istandards

Anthony Agius Decelis qal li din mhux biss tipproteġi lill-anzjani, iżda għandha twassal lill-operaturi jifhmu t-triq ’il quddiem biex ikunu jistgħu jimpjegaw persuni f’dan is-suq.

Stqarrija tal-PN

Il-Partit Nazzjonalista (PN) qal li l-White Paper għall-Att tal-Care Workers għandha bażi mill-ideat imnedija minn Gvern Nazzjonalista preċedenti.

Fi stqarrija, il-PN qal li wara żieda fid-domanda u l-operaturi tal-care workers fl-aħħar żmien, il-partit huwa mħasseb li t-tkabbir seħħ f'vakum ta' linji gwida, standards u regolarizzazzjoni tas-settur.   

Il-PN qal li qed iħeġġeġ biex jitressqu l-ideat waqt il-perjodu ta' konsultazzjoni.

Stqarrija mill-Gvern

Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva qal li ħadd mill-Oppożizzjoni ma attenda għall-konsultazzjoni pubblika li saret fis-16 ta’ Mejju.

Is-Segretarjat qal li huwa ta’ sodisfazzjoni li jara li l-Oppożizzjoni tappoġġja x-xogħol li qiegħed jagħmel il-Gvern “biex issir liġi li tirregola s-settur għall-ġid tal-persuni li jiġu bżonn servizz ta’ care worker fejn ikun hemm serħan il-moħħ li min qed jieħu ħsiebhom ikun imħarreġ u affidabbli.”