Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​5 snin ta’ frott, ħaxix u ħalib għat-tfal tal-primarja

Christoph  Schwaiger  -  16/05/18 09:05 PM

Tnediet skema ġdida ta’ tqassim tal-frott, ħaxix u ħalib lit-tfal tal-iskola mis-Segretarju Parlamentari għall-Biedja Clint Camilleri.

Is-Segretarjat qal li dan bl-għan li titrawwem fosthom kultura ta’ ikel tajjeb u sostenibbli. L-iskema, li part mill-fondi tagħha ġejjin mill-Unjoni Ewopea, tlaħħaq investiment ta’ madwar €900,000 fis-sena sal-2023.

Clint Camilleri qal li taħt din l-iskema l-ġdida, tfal li jattendu skejjel primarji tal-istat, tal-knisja, u dawk privati se jgawdu minn għażla differenti ta’ frott u ħaxix fuq suġġerimenti u proposti li waslu kemm mill-ġenituri, kif ukoll mill-edukaturi. 

Din l-iskema se tkun qed tkopri wkoll l-ispejjeż kollha eliġibbli għat-tqassim tal-ħalib.

Tnieda wkoll il-mascot “Ninu l-Bninu”li nħoloq minn student li attenda SkolaSajf fin-Nadur. 

Ritratt: Ministeru għall-Ambjent