Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ħsarat fuq bieb ta' ħanut; 2 arrestati

Nicole  Borg  -  16/05/18 09:30 AM

Żewġt irġiel ġew arrestati l-lejl li għadda wara li allegatament wettqu ħsarat fuq bieb ta’ ħanut f’Ħ’Attard.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat kif għall-ħabta tal-11pm tal-lbieraħ, Pulizija li kien off-duty u li nzerta kien għaddej minn Triq l-Imdina, lemaħ żewġ persuni quddiem ħanut li kienu qed jaġixxu b’mod suspettuż.

Iż-żewġ persuni jidher li nnutaw lill-Pulizija u telqu minn fuq il-post b’karozza. Kien hawnhekk li ġew innotati xi ħsarat fuq il-bieb tal-ħanut.

L-irġiel inqabdu ftit tal-ħin wara fi Triq il-Pitkali, Ħ’Attard stess u qed jinżammu mill-Pulizija għal aktar investigazzjoni.