Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Iċ-Childcare centres għandhom jintużaw bilgħaqal – Michael Falzon

Michela Cutajar  -  16/05/18 03:47 PM

Il-Ministru għall-Familja Michael Falzon saħaq li ċ-childcare centres għandhom jintużaw bilgħaqal, u mhux biss bħala post fejn jitħallew it-tfal sakemm il-ġenituri jkunu x-xogħol. 

Il-Ministru kompla billi semma li 25% tal-persuni kollha f’Malta għandhom ‘il fuq minn 65 sena, u li fi ftit żmien ieħor, dan il-persentaġġ mistenni jitla’ għal 28%.

Michael Falzon kien qed jitkellem waqt konferenza fil-Jum Internazzjonali tal-Familja fil-jiem li għaddew. 

Il-President Marie Louise Coleiro Preca wkoll indirizzat din il-konferenza. 

Ritratt: Clodagh Farrugia O'Neil