Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​Il-PES jemmen li l-futur tal-pajjiżi Baltiċi huwa fl-UE

Stefan  Pullicino  -  16/05/18 09:51 PM

Il-Mexxejja tal-Partit Soċjalista u Demokratiku Ewropej l-PES qed iħeġġu biex ikun hemm iktar koperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi Baltiċi.

F’laqgħa tal-mexxejja u l-Prim Ministri Soċjalisti u li għaliha attenda wkoll il-PM Malti Joseph Muscat, il-grupp qal li jemmen li l-futur tar-reġjun tal-punent tal-Balkani, jinsab fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Sostnew li l-isforzi tal-Albanija u tal-Maċedonja għandhom jiġu mħeġġa u li jkun sinjal tajjeb jekk il-Kunsill Ewropew tax-xahar id-dieħel, jikkonferma li dawn il-pajjiżi jistgħu jibdew bin-negozjati tagħhom biex isiru membri fl-UE.

Il-mexxejja tal-PES esprimew id-diżappunt tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump li jirtira mill-ftehim dwar l-armamenti nukleari tal-Iran, kif ukoll għas-sitwazzjoni ta’ tixrid tad-demm f’Gaża.

Intant il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-Kap tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Parlament Ewropew Udo Bullman kif ukoll mal-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras.

Fl-okkażjoni tas-summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi Balkani li se jsir għada fil-Bulgarija, Joseph Muscat iltaqa’ wkoll mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Lussemburgu Jean Asselborn.

RitrattI: DOI – Omar Camilleri