Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Irbaħ 2 biljetti għal Sqallija ma’ RTK Breakfast Club

16/05/18 09:54 AM

Kompetizzjoni: Slogan għal RTK Breakfast Club

Ipparteċipa fil-kompetizzjoni ta’ RTK Breakfast Club u idħol biċ-ċans li tirbaħ 2 biljetti għal Sqallija bir-ritorn ma’ Virtu Ferries!

X’għandek tagħmel?

Żur il-paġna tal-Facebook RTK 103FM, sib il-post abbinata mal-kompetizzjoni u ssuġġerixxi slogan għal RTK Breakfast Club li jixxandar kuljum fuq RTK 103FM bejn is-6am u d-9am flimkien ma’ Ron! L-islogan li jiġbor l-akbar numru ta’ reazzjonijiet irebbaħ lill-awtur/awtriċi vjaġġ bir-ritorn fil-ġżira ġara tagħna magħrufa sew mal-Maltin għall-kċina rikka, xenarju u pajsaġġ mill-isbaħ, tradizzjoni u ovjament ix-xiri!

Il-kompetizzjoni qed issir bil-kollaborazzjoni ta’ Virtu Ferries li għadhom kemm ħabbru rati speċjali ta’ Eur35 bir-ritorn għal dawk ta’ bejn l-14 u l-25 sena, filwaqt li dawk ta’ taħt l-14-il sena jivjaġġaw b’xejn. Tħabbru wkoll rati speċjali għax-xhur tas-Sajf għal dawk li ser jivjaġġaw bil-kumdita’ tal-karozza tagħhom. Din hija wkoll sena mill-aktar speċjali għal Virtu Ferries hekk kif lejn l-aħħar tal-2018, il-kumpanija Maltija, pijuniera fl-ivjaġġar bejn Malta u Sqallija, ser tvara High Speed Wavepiecer Catamaran ġdid b’investiment ta’ 75 miljun, u li ser jingħata l-isem ta’ Ġwanni Pawlu II.

Din il-kompetizzjoni hija miftuħa sa nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Mejju 2018. Aktar informazzjoni tistgħu tiksbuha billi ssegwu RTK Breakfast Club fuq RTK103FM