Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​PD: Materjal ta’ kostruzzjoni jispiċċa fil-baħar ta’ Balluta

Stefan  Pullicino  -  16/05/18 10:10 PM

Il-Partit Demokratiku qal li l-bajja ta’ Balluta qed titniġġeż minħabba materjal ta’ kostruzzjoni li qed jispiċċa fil-baħar.

F’dan il-kuntest, il-PD appella għal standards iktar għoljin fis-settur tal-kostruzzjoni, kif ukoll ħarsien aħjar tar-regolamenti tas-saħħa u s-sigurtà. 

Irrefera għall-fatt li ftit jiem ilu, trakk waqqa’ arkata ta’ valur storiku meta għadda one-way f’San Ġiljan. 

Dan in-nuqqas ta’ dixxiplina, kompla jgħid il-Partit Demokratiku, qed jolqot ħażin il-kwalità tal-ħajja tar-residenti Maltin u Għawdxin.