Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Persuna feruta fi Triq l-Imġarr; tingħalaq għal xi ħin

Beppe Galea  -  16/05/18 03:13 PM

Inċident tat-traffiku ieħor fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem ħalla persuna feruta.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li l-inċident seħħ aktar kmieni dalgħodu u persuna weġġgħet ħafif.

Jidher li għal xi raġuni karozza baqgħet dieħla f’pick-up li kien ġej mid-direzzjoni opposta.

Il-Viċi Sindku Kevin Cauchi, f’messaġġ fuq Facebook appella lill-Pulizija, lil Transport Malta u lill-Gvern Ċentrali biex jitwaħħlu speed cameras jew jinstab mezz kif titnaqqas il-veloċità.

Ċifri dwar inċidenti rreġistrati mal-Pulizija ppubblikati fil-Parlament, juru li f’10 snin, Triq l-Imġarr f’Għajnsielem rat aktar minn 86 inċident tat-traffiku.

Ritratt: Kevin Cauchi, Rodianne Pisani


Fil-programm Newshour fuq RTK 103FM, se tixxandar intervista mas-Sindku Franco Ciangura dwar l-inċidenti regolari li qed iseħħu f’din it-triq partikolari f’Għawdex. L-intervista tixxandar LIVE fil-5pm fuq Newsbook.com.mt.