Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Aġġornata: Mara fil-periklu tal-mewt wara li ttajret fin-Naxxar

Nicole  Borg  -  16/05/18 01:28 PM

Mara qed tissielet għal ħajjitha wara li ttajret minn mutur fin-Naxxar illum wara nofsinhar.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li dan l-inċident seħħ fis-12:40pm fi Triq il-Fortizza.

Il-mara ta’ 73 sena min-Naxxar intlaqtet minn mutur misjuq minn raġel ta’ 52 mill-Imġarr.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei.