Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Filmat: Twieġeb mhix ħatja li kienet kompliċi fit-theddida ta' bomba fuq il-vapur

Nicole Borg,  Christoph Schwaiger  -  16/05/18 10:31 AM

12:38 Il-Qorti tordna li l-akkużata ma tingħatax il-ħelsien mill-arrest. Ġie rrakkomandat li l-imputata tiġi eżaminata minn psikjatra.

12:37 Il-Maġistrat tgħid li l-Qorti dejjem imxiet bil-miftuħ ħlief meta jkun hemm xhieda b'rabta ma' xi kundizzjoni medika jew psikoloġika.

12:36 Il-ġurnalisti jerġgħu jidħlu fl-awla

12:15 Il-Maġistrat tordna biex il-każ jibda jinstema' fil-magħluq fuq talba tad-difiża. Il-Prosekuzzjoni ma kellhiex oġġezzjonijiet għal dan.

12:09 L-akkużata tidħol fl-awla u twieġeb li mhix ħatja.

Fost l-oħrajn, l-akkużi qed qed tiffaċċja jinkludu li :

  • Kienet kompliċi fil-każ billi ordnat lill-akkużat l-ieħor jagħmel it-theddida
  • Li nstabet fil-pussess tad-droga eroina fil-lock up tal-Pulizija fl-14 ta' Mejju
  • Kienet kompliċi mal-akkużat biex jikkaġunaw biża' fost il-ħaddiema tal-Gozo Channel u ħaddieħor li se tintuża' vjolenza kontra tagħhom
  • Kienet kompliċi biex permezz ta' apparat ta' komunikazzjoni heddet li tagħmel xi reat
  • Kienet kompliċi fl-użu ta;-apparat tal-kuminikazzjoni mhux għall-użu propju tiegħu
  • Ma ħarsitx waħda mill-kundizzjonijiet imposti fuqha mill-Qorti wara li ngħatat il-ħelsien mill-arrest fit-22 ta' Frar, fosthom li ma tikkommettix reat ieħor

Il-Pulizija talbet biex minħabba dan, id-depożitu ta' €500 u l-garanzija personali ta' €5,000 jgħaddu favur il-Gvern   

11:59 Tasal f'karozza tal-Pulizija, mara ta' 34 sena minn Tas-Sliema, akkużata b'kompliċità fit-theddida ta' bomba li waqqfet il-vapur t'Għawdex għal erba' sigħat.

Jumejn ilu l-Pulizija bdiet tfittex mara, allegatament is-sieħba tar-raġel li nhar it-Tnejn wieġeb ħati li għamel it-theddida ta’ bomba fuq il-Gozo Channel.

It-Tnejn li għadda l-Prosekuzzjoni talbet li l-akkużat ma jingħatax il-libertà proviżorja peress li hemm persuna oħra li trid tiġi investigata b'rabta ma' dan il-każ.

L-akkużat ingħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta' €20,000.

Fit-8 ta' Mejju, is-servizz kien ġie sospiż sabiex isiru t-tfittxijiet fuq il-vapur Gaudos fiċ-Ċirkewwa u fuq il-vapur Ta' Pinu fil-Port tal-Imġarr.

Għall-Qorti wkoll iż-żagħżugħ li qed jiġi akkużat b’attentat ta’ qtil ta’ pulizija.

Ritratt: Ian Noel Pace

Newsbook.com.mt għażel li ma jurix wiċċ l-akkużata minħabba li l-Maġistrat ordnat biex tiġi eżaminata minn psikjatra.