Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ultras jattakkaw lit-tim tagħhom stess

David Falzon  -  16/05/18 09:15 PM

Madwar ħamsin ultra ta’ Sporting Lisbon invadew iċ-ċentru sportiv tat-tim Portugiż u attakkaw membri tal-istaff tekniku u għadd ta’ plejers.

L-attakkant Olandiż Bas Dost kien wieħed minn dawk li ġew aggrediti u sofra ġrieħi f'rasu u f’saqajh. Dost kien wieħed mill-aqwa plejers ta’ Sporting Lisbon matul dan l-istaġun u skorja 27 gowl fil-Primeira Liga. L-inċident spjaċevoli seħħ ftit jiem wara li t-tim immexxi minn Jorge Jesus tilef kontra Maritimo barra minn daru u hekk naqas milli jikkwalifika għall-edizzjoni li jmiss taċ-Champions League.