Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Filmat: "Nieqfu meta ssir ġustizzja"; attivisti waqt il-vġili lil Daphne

Matthew Borg  -  17/05/18 08:49 AM

Għadd ta' attivisti u nies iltaqgħu quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir, biex ifakkru s-seba' xahar mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, u waħda mill-għajtiet kienet li mhux se jieqfu jitkellmu u jorganizzaw dawn il-vġili kull xahar sakemm issir il-ġustizzja.

Il-vġili kienet organizzata minn Occupy Justice, u fost l-oħrajn tkellmu Rachel Williams, li qalet li anki jekk ikun hemm 7 jew 70 persuna għall-vġili, dawn xorta jibqgħu jsiru.

Manuel Delia qal li dan pajjiż fejn ma jiġri xejn, jew kollox jindifen u jintesa. Talab biex in-nies jilbsu ż-żarbun tal-whistleblowers li, fi kliemu, qed jikxfu l-korruzzjoni. Sostna li dawn jista' jkun li jaqtgħu qalbhom, għax wara li kixfu qed jaraw li ma sar xejn.

Wara l-kelliema ndaqq l-Innu Malti, u ntwerew anki filmati ppreparati minn ġurnalisti barranin.

Il-preżentatriċi tal-vġili stiednet lil dawk preżenti biex jiltaqgħu fis-16 ta' Ġunju.

Filmat: Occupy Justice