Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Jitolbu bojkott wara li Iżrael rebaħ il-Eurovision 2018

George  Cremona  -  17/05/18 09:30 AM

Wara r-rebħa ta’ Netta ta' Iżrael nhar is-Sibt li għadda, kienu diversi li qed jitolbu li jsir bojkott u li pajjiżhom ma jiħux sehem fil-Eurovision 2018.

Iżlanda: Iżjed minn 5000 ruħ iffirmaw petizzjoni biex pajjiżhom ma’ jiħux sehem is-sena d-dieħla. Dan minħabba dak li qed jiġri bejn l-Iżrael u l-Palestina fejn ftit sigħat wara li tħabbar ir-riżultat, numru ta’ mwiet seħħew minħabba l-qagħda politika fil-pajjiż. Irrimarkaw li dan ilu jiġri għal dawn l-aħħar 70 sena u n-nies fl-Iżrael qatt ma tgħallmu.

L-Irlanda: Lord Mayor Mac Donncha ħeġġeġ ukoll lil pajjiżu biex jagħmel bojkott issa, anke jekk hu tard wisq. Mac Donncha huwa qrib ħafna tal-Palestinjani u saħaq li b’għodda b’saħħitha daqs il-Festival wieħed għandu jsemma leħnu kontra l-attroċitajiet li jsiru fl-Iżrael.

F'Iżrael stess: Il-mexxejja reliġjużi qed jisħqu li l-organizzaturi tal-Festival għandhom jikkunsidraw ibiddlu l-ħin tal-Festival peress li skont il-liġi tar-Reliġjon Lhudija, mhux permess li jsir xogħol fil-Jum tas-Sibt. L-EBU f’risposta saħqet li kif ġara fl-1999 dan se jiġi diskuss u se jittieħdu l-miżuri biex wieħed jara x’jista’ jsir.