Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Aġġornata: Saħħet il-kuntistabbli Simon Schembri ftit aħjar milli kienet

Matthew Borg  -  17/05/18 07:38 AM

Saħħet il-kuntistabbli Simon Schembri qalbet għal ftit aħjar tant li tneħħa minn fuq il-magni u qed ikellem lil qrabatu.

Il-missier ta’ 48 sena ttajjar u tkaxkar minn karozza jumejn ilu, karozza li kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 17-il sena.

Ir-raġel kien ġie ċċertifikat li kien fil-periklu tal-mewt, u anki sofra ġrieħi gravi, speċjalment f’idu.

Ilbieraħ qarib tal-kuntistabbli stqarr b’diqa kif Schembri spiċċa “nofsu mejjet fit-triq qisu kelb”.

F’messaġġ imqanqal fuq Facebook, iz-ziju tal-mara tal-pulizija semma kif dan il-każ wasslu għal operazzjoni ta’ erba’ sigħat minħabba li kiser il-kustilji kollha u ttaqqablu l-pulmun.

Paġna ta’ Go Fund Me, li twaqqfet apposta biex jinġabru fondi għal Schembri u familtu, qalet li għalkemm il-kuntistabbli qed jirkupra ftit ftit, aktarx li quddiemu għandu ħajja li se toktor bl-isfidi.

Sadanittant, ilbieraħ tressaq il-Qorti ż-żagħżugħ, Liam Debono, li wieġeb mhux ħati tal-akkużi.

Fost it-23 akkuża li hemm kontrih, hemm li pprova joqtol persuna.

Debono nżamm arrestat.

In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili jesprimu s-solidarjetà tagħhom mal-kuntistabbli

Sadanittant, in-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili esprima s-solidarjetà tiegħu mal-kuntistabbli Simon Schembri.

In-Netwerk sostna li s-soċjetà Maltija taf ħafna lil dawk li dmirhom hu li jħarsu lis-soċjetà.

Qalet li soċjetà sigura hi prerekwizit għal soċjetà ċivili miftuħa.