Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Knisja Madwar id-Dinja

09/11/17 08:00 AM
Il-Papa Franġisku svela li fil-konklavi tal-2005 hu kien ħeġeġ li sħabu l-kadinali biex jivvutaw għall-Kardinal Joseph Ratzinger biex isir Papa għax ħass li ma kienx għadu sar iż-żmien biex ikun hemm Papa mill-Amerika t’Isfel.
08/11/17 05:00 PM
Ġurnata biss wara li grupp ta’ student ħarbtu diskussjoni Favur il-Ħajja li kienet qed issir fl-Universita’ ta’ Oxford, it-tmexxija tal-istess Universita’ ddeċidiet li ma tħallix li ssir diskussjoni dwar l-Abort. Din id-deċiżjoni kienet deskritta bħala waħda illegali li tmur kontra l-Liġi dwar l-Edukazzjoni.
08/11/17 12:00 PM
Taħdita li kellha ssir fl-Univesita’ ta’ Oxford tħarbtet minn uffiċjali tal-union tal-istudenti li għamlu nofs siegħa sħiħa jgħajjtu diversi slogans biex ifixklu din l-attivita’ Favur il-Ħajja.
08/11/17 08:00 AM
Il-wegħda tal-“Ħajja ta’ Dejjem” li Alla għamel lill-bniedem mhux se tiddiżappuntana. “Alla jżomm kelmtu u t-tama tagħna fih m’hix tama fil-vojt”. Hekk qal il-Papa Franġisku f’Omelija li għamel waqt quddiesa b’sufraġju għal numru ta’ kardinali mejtin.
07/11/17 05:00 PM
Hekk kif fis-Sudan t’Isfel, il-gwerra ċivili qed tiħrax, refuġjati li qed jaħarbu mill-vjolenza qed jinġabru wara l-fruntiera mal-Uganda, ifittxu l-paċi, ikantaw innijiet u jgħidu ir-rużarju. Oħrajn jinżlu għarkubtejhom jibku u jitolbu fi speċi ta’ kappelli mibnija taħt is-siġar bi bċejjeċ tal-injam u zkuk tas-siġar imdaħħla fil-ħamrija.
07/11/17 12:00 PM
L-aktar tliet paġni Kattoliċi popolari fuq Facebook fir-Renju Unit huma dawk tal-Konferenza Epsikopali tal-Ingilterra u Wales, tal-gazzetta Catholic Herald u dik tal-Parroċċa Sagra Familja fil-belt ċkejkna ta’ Mossend.
07/11/17 08:00 AM
Mijiet ta’ Kattoliċi ngħaqdu f’purċissjoni silenzjuża bl-Ewkaristija fil-belt ta’ Norwich fl-Ingilterra.
06/11/17 05:00 PM
Il-parroċċi Kattoliċi u d-djoċesijiet fl-Iskozja jridu jibqgħu jorganizzaw il-Purċissjoni ta’ Corpus Christi
06/11/17 12:53 PM
L-Isqof ta’ Portsmouth fl-Ingilterra appella lill-Kattoliċi biex jitolbu għall-konverżjoni tal-Mexxej Laburista Jeremy Corbyn
06/11/17 12:46 PM
Il-ktieb ixejjen l-ispekulazzjonijiet li nqalgħu biż-żmien