Newsbook

Free - On Google Play

View
28/11/2014   20°   
28/11/2014   20°   

It-temp bħalissa

20°C24°C19°C
Jinħass24°C
Riħ8 Knots
Tlugħ ix-xemx06:51
Umdità82%
Indiċi UV3
Inżul ix-xemx16:49

It-temp għal għada

24°C24°C19°C
Riħ  
UV  3

IL-ĦADD

25°C

IT-TNEJN

22°C

IT-TLIETA

20°C

L-ERBGĦA

20°C
Żewġ nisa jiġbdu filmat tal-isparatura tax-xufier   |  Ċans ta' referendum għall-Għawdxin dwar il-konnettività bejn il-gżejjer   |  Immultat għax qata' denb il-ġriewi   |  François Hollande se jżur il-Ginea

Djalogu maċ-Ċittadini nhar il-Ħamis

Martin  Bugelli  -  30/10/2013 08:57

Il-ġimgħa d-dieħla se jkollna okkażjoni fejn kulħadd – u meta ngħid kulħadd, jiġifieri jista' jaqbad u jiġi min irid – jista' jgħid tiegħu fuq l-UE. L-okkażjoni hija djalogu li se jsir nhar il-Ħamis, 7 ta’ Novembru fil-5pm, il-Lukanda Phoenicia, il-Furjana.

Matul l-2013, is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, il-Kummissjoni Ewropea qed torganizza dibattiti pubbliċi madwar l-Ewropa kollha fil-forma ta’ djalogi maċ-ċittadini, u fil-każ tagħna dan se jsir flimkien mal-Kummissarju Tonio Borg. Huwa se jkun qed jiddiskuti u jwieġeb mistoqsijiet mhux biss fil-qasam li hu responsabbli minnu (is-saħħa) imma anki f'oqsma oħra, speċjalment fejn jidħol il-futur tal-Ewropa.

Persważ li se tkun attività tajba u utli li minnha nkunu nistgħu niġbru ideat li mbagħad jingħaqdu ma' oħrajn miġbura fi djalogi oħra simili li saru bnadi oħra.

Stħarriġ wara l-ieħor juru li aħna l-Maltin nagħrfu u napprezzaw post pajjiżna fl-UE. Ma jfissirx li kollox ward u żahar jew li kollox dejjem isir sew. Imma fil-ħajja hemm xi ħaġa ward u żahar biss?

M'hemmx dubju li waħda mill-akbar sfidi tal-UE matul iż-żmien kienet dik li jirnexxiela tindirizza l-aspettattivi tant varjati taċ-ċittadini Ewropej, minn Helsinki sal-Belt Valletta, u minn Liżbona sa Vilnius. Ngħidu aħna, jekk għalina f'Malta t-traffiku u l-konġestjoni ta' kull filgħodu fin-niżla tal-Addolorata jew mar-roundabout tal-Kappara huma problema, pajjiżi oħra forsi għandhom problemi bis-servizz tal-ferroviji, li f'Malta lanqas biss nużawhom! Jekk tistaqsi lill-Ispanjoli żgur isemmulek il-qgħad, u l-Griegi l-ekonomija.

Ma jfissirx li nistgħu nitfgħu kollox f'keffa waħda. Fil-verità kulħadd jara tiegħu. Li hu żgur hu li m'aħniex iżolati minn xulxin u dak li jolqot lil wieħed x'aktarx se jaffettwa lill-ieħor. U min ifassal il-politika jrid iżomm dejjem f'moħħu l-istampa kollha u jekk jista' jkun jirrispetta r-realtajiet ta' kulħadd.

Nittama li narakom. U sadanittant tistgħu tibgħatulna xi kumment jew mistoqsija bil-lest!



Biex tkun ċert/a li ssib post, ibgħat email fuq  COMM-REP-MT@ec.europa.eu jew ċempel 23425000.

Tista' wkoll tibgħat il-kummenti billi tuża Twitter fuq #EUdeb8 jew @ECRepMalta. Tista’ wkoll tibgħat il-mistqosijiet tiegħek lill-Kummissarju fuq il-paġna tal-Facebook jew tibgħathom b'email fuq COMM-REP-MT@ec.europa.eu.

 

Martin Bugelli

Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta