Newsbook

Free - On Google Play

View
20/12/2014   17°   
20/12/2014   17°   

It-temp bħalissa

17°C19°C12°C
Jinħass19°C
Riħ4 Knots
Tlugħ ix-xemx07:08
Umdità73%
Indiċi UV2
Inżul ix-xemx16:51

It-temp għal għada

18°C18°C12°C
Riħ  
UV  2

IT-TNEJN

18°C

IT-TLIETA

19°C

L-ERBGĦA

18°C

IL-ĦAMIS

17°C
Bidliet sostanzjali f'L-Istrina 2014   |  "Fl-ITU Erin Tanti kien konxju għal kollox" - Angela Sultana   |  Il-mexxejja Ewropej jilħqu ftehim għall-investiment   |  Il-MEPA tniedi konsultazzjoni dwar linji-gwida għal Marsaxlokk   |  Tgħid ir-Reġina Eliżabetta se tħalli t-tron lil William fil-Milied?

Ħu ħsieb l-informazzjoni tiegħek!

Martin  Bugelli  -  01/02/2013 16:10

Min jaf kemm il-darba nkun miexi l-Belt, niltaqa' ma' xi ħadd nafu, u bid-daħqa jgħidli "Prosit, x'ħuta qbadt, jew xtrajta diku attaparsi qbadta?" Wieħed isaqsi, imma dawn, kif ikunu jafu xi qbadt u ma qbadtx? Ikunu raw xi ritratt li tellajt jien stess fuq Facebook biex nuri xi qabda mhux tas-soltu (ghax in-normalita hija li ma naqbad xejn!). Ma niddejjaq xejn li naqla l-botti, u li jidhru l-ħut, għax ir-ritratti npoġġihom jien stess, u konxju mill-fatt li jista jarahom kulħadd. U nkun naf li ma hemm xejn li jista jimbarazzani ( lanqas jekk jittieħed jew jintuża barra mill-kuntest tiegħu) f'qabda ta' xi huta gmiela. Imma irridu nkunu konxji li hemm ħafna iktar informazzjoni li nitilqu minn idejna, forsi bl-inqas ħsieb, li tista' tintuża ħażin, speċjalment jekk tittieħed barra mill-kuntest tagħha.

Jekk wiehed jaghti daqqa t'ghajn lil-video clips li qed nagħmlu l-links tagħhom iktar l-isfel, qed juru ċirkostanzi fejn din l-informazzjoni tista tintuża ħażin. Tista titlef opportunita ta' xogħol, jew titlef ħafna iktar….

Propju għalhekk nitkellmu fuq il-protezzjoni tad-data, u mhux qed nirreferu biss għal fuq Facebook.

Kull meta tiftaħ kont tal-bank, tixtri ktieb jew xi ħaga oħra online, tirreġistra f'xi website, jew tibbukkja xi titjira online, tuża l-credit card, inti qed tgħaddi din it-tip ta' informazzjoni lil xi ħadd ieħor. Xi jsir minna din id-data? Tista' tiġi mgħoddija lil xi ħadd ieħor għal skopijiet oħrajn, u forsi tiġi wkoll abbużata? Għalhekk, kulħadd għandu d-dritt fundamentali għall-protezzjoni bil-liġi kontra l-użu hażin ta data li tiġi mgħoddija tul il-ġurnata tagħna.

Skont il-liġi tal-UE, id-data personali tista' tinġabar biss legalment taħt kundizzjonijiet stretti u għal raġunijiet validi, u dan biss fejn l-individwu jkun ta l-kunsens tiegħu. Barra minn hekk, persuni jew organizzazzjonijiet li jiġbru u li jkollhom l-informazzjoni personali tiegħek, għandhom l-obbligu li jipproteġuha minn użu ħażin, u jużawha biss għall-għan li għalih tkun ingħatatilhom.

Fl-interess taċ-ċittadini Ewropej kollha, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi riforma fil-liġijiet tal-UE dwar dan, propju biex issaħħaħ id-drittijiet tal-individwu u speċjalment biex ir-regolamenti jiġu aġġornati għat-teknoloġija tal-lum.

Dawn il-bidliet jagħtu liċ-ċittadini kontroll akbar fuq id-data personali tagħhom, u aċċess aktar faċli għaliha. Barra minn hekk jiżguraw ħarsien aħjar tal-informazzjoni, irrispettivament fejn tintbagħat, anke jekk barra mill-UE, kif ħafna drabi jkun il-każ fuq l-internet.

Partikolarment, il-Kummissjoni qed tipproponi d-'dritt li tintesa'. Jiġifieri meta ma tkunx trid tibqa' rreġistrat fuq xi website partikolari, mhux biss taghlaq il-kont minn naħa tieghek biss, imma jkollok id-dritt bil-liġi li jitħassar kull informazzjoni u ritratti li jkun hemm dwarek.

Ħaġ'oħra importanti hija li fejn ikun jinħtieġ il-kunsens tal-individwu, dan għandu jingħata b'mod ċar u dirett billi tgħid IVA, u mhux jittieħed for granted, u taqa r-responsabbilita fuqek li jekk ma tkunx għidtilhom LE f'xi kaxxa żgħira x'imkien, awtomatikament tfisser li tkun għidt IVA.

Kif qalet il-Kummissarju Viviane Reding din il-ġimgħa f'artiklu li ġie ppubblikat anki fuq gazzetta bl-Ingliż hawn Malta, huwa importanti li r-regoli f'dan il-qasam ikunu koordinati bejn il-pajjiżi kollha tal-UE. Wara kollox huma maħsuba biex iħarsu liċ-ċittadin – lilek u lili!

Hawn isfel qed ninkludi l-links għal żewġ videos li semmejt qabel. Dawn juru b'eżempji ċari l-importanza tas-suġġett. L-ewwel wiehed juri kif ritratti ta' żagħżugħ meħudin waqt party, meta forsi esaġera xi naqra bid-divertiment u x-xorb, gew uzati waqt interview ghal xoghol. L-iehor juri b'mod mill-iktar ċar, pjuttost ċar iż-żejjed, kif, jekk ma toqgħodx attent x'informazzjoni titfa dwarek innifsek online, tista tispiċċa tikxef ħafna iktar milli tixtieq, għax turi kollox, u meta ngħid kollox, jiġifieri KOLLOX!

Tuhom daqqa t'ghajn. Il-videos huma semplici u ħelwin, imma l-messagg huwa b'sahhtu! U mbagħad wara għiduli jekk il-kommunikazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea hux veru li hija wisq teknika! Bħal dejjem napprezzaw il-kummenti tagħkhom.

Ħu ħsieb l-informazzjoni dwarek -

http://www.youtube.com/watch?v=5ByVaZ0rg8U&feature=plcp

Aħseb qabel ma xxandar informazzjoni dwarek! - http://www.youtube.com/watch?v=qoE7SZiouVA&feature=plcp