Newsbook

Free - On Google Play

View
20/10/2014   26°   
20/10/2014   26°   

It-temp bħalissa

26°C26°C19°C
Jinħass30°C
Riħ4 Knots
Tlugħ ix-xemx07:13
Umdità61%
Indiċi UV5
Inżul ix-xemx18:21

It-temp għal għada

28°C27°C19°C
Riħ  
UV  5

L-ERBGĦA

26°C

IL-ĦAMIS

24°C

IL-ĠIMGĦA

25°C

IS-SIBT

24°C
Frontex infurmata tard li se jieqaf Mare Nostrum   |  Il-Maġistrat Apap Bologna deskritt bħala persuna ġusta u onesta   |  Illejla diskussjoni taħraq dwar il-power station   |  L-ilbies kontra l-Ebola jinbiegħ għal Halloween

Wara l-Premju Nobel...irbaħna l-Oscars!

Martin  Bugelli  -  26/02/2013 10:52

Il-ġimgħa l-oħra flimkien mal-BOV organizzajna seminar għal kull min b'xi mod għandu interess fis-settur kreattiv. Iltqajt ma' ħafna nies interessanti: min qed jaħdem fuq film, min fuq logħob tal-kompjuter jew fuq l-internet, mużiċisti, atturi, u ħafna oħrajn. L-idea kienet li nispjegaw l-opportunitajiet li joffru l-programmi tal-UE biex l-isforzi ta' dawn in-nies ikunu megħjuna u inċentivati.

L-ideat f'dan il-qasam huma l-akbar kapital. Iżda sfortunatament mhux biżżejjed li jkollok idea tajba dwar xi prodott jew espressjoni artistika. Biex dik l-idea tissarraf jinħtieġ sforz kbir u perseveranza. Tkun veru ħasra jekk inħallu l-ideat tagħna jtiru mar-riħ. F'pajjiż żgħir bħal tagħna fejn ir-riżorsi huma limitati, il-kreattività trid tkun imbuttata u mrawma. Is-settur artistiku, minbarra li hu importanti fih innifsu għaliex huwa riflessjoni ta' min aħna bħala soċjetà, għandu wkoll element ekonomiku.

Permezz tal-fondi tagħha l-UE tara li ssostni l-kreattività u l-espressjoni artistika Ewropea. Ma mmorrux 'il bogħod. Tnejn mill-films li nhar il-Ħadd rebħu Oscar kienu megħjuna mill-programm tal-UE MEDIA. Il-film 'Amour' ħa l-Oscar għall-Aħjar Film Barrani, u 'Searching for Sugar Man' ħa l-premju għall-Aħjar Dokumentarju. B'kollox kien hemm 6 films nominati li ħadu fondi mill-UE. U għaliex jingħataw l-għajnuna? Għax hu importanti li nsaħħu d-diversità u l-kompetittività tla-industrija awdjoviżiva Ewropea.

Dan kien ukoll il-messaġġ ewlieni li ħareġ mis-seminar tagħna. Hemm diversi modi kif l-ideat tagħna nsarrfuhom fuq livelli differenti, anki dak ekonomiku.

Kompetizzjoni għall-istudenti: dibattitu fil-Parlament!

Fuq nota differenti, ippermettuli nagħmel aċċenn għal kompetizzjoni li norganizzaw kull sena għall-istudenti ta' Form 3 u 4 bħala parti mill-attivitajiet f'Jum l-Ewropa (id-9 ta' Mejju). Din is-sena qed inħeġġuhom jiktbu silta marbuta mas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini. Ir-rebbieħa jkollhom iċ-ċans li jippreżentawha fil-Parlament u jiddiskutuha mal-Membri Parlamentari.

Inħeġġeġ lil dawk kollha li għandhom it-tfal f'dawn is-snin, kif ukoll lil dawk fostkom għalliema, biex tmexxu l-kelma! Aktar hawnhekk: http://ec.europa.eu/malta/news/26.02.13_europe_day_debate_mt.htm

Martin Bugelli

Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta