Newsbook

Free - On Google Play

View
26/11/2014   17°   
26/11/2014   17°   

It-temp bħalissa

17°C20°C14°C
Jinħass21°C
Riħ3 Knots
Tlugħ ix-xemx06:49
Umdità96%
Indiċi UV3
Inżul ix-xemx16:50

It-temp għal għada

22°C21°C16°C
Riħ  
UV  3

IL-ĠIMGĦA

24°C

IS-SIBT

25°C

IL-ĦADD

25°C

IT-TNEJN

21°C
Maġistrat jitilgħulu għal "pantomima" fl-awla   |  €15,000 misruqa minn ħanut fil-Gżira   |  L-Ingliża li ttajret f’San Pawl il-Baħar mhix fil-periklu tal-mewt   |  Ritratti: Tmur tonxor il-ħwejjeġ u tispiċċa 3 metri taħt l-art

Europe Direct f'Għawdex

Martin  Bugelli  -  19/04/2013 11:20

Mawra s'Għawdex dejjem sabiħa, imma tal-ġimgħa l-oħra kienet waħda partikolari. Fil-fatt, inawgurajna wieħed miċ-ċentri l-ġodda tal-Europe Direct, li jinsab fl-uffiċċji tal-Kamra tal-Kummerċ għal Għawdex.

Fix-xogħol tiegħi ma nixbax intambar li l-qofol ta' kull ma hi l-Ewropa narawh madwarna ta' kuljum. Ikun inutli li l-UE timbotta 'l quddiem inizjattivi li ma jsarrfux f'xi forma ta' benefiċċju għaċ-ċittadini! Imma, fuq kollox, iċ-ċittadin Ewropew irid ikun infurmat dwar dawn il-benefiċċji. Għax jekk ma jkunx jaf x'inhuma d-drittijiet tiegħu, kif jista' jeżerċitahom? U r-rwol tagħna hu proprju li ninfurmaw dwar dawn l-inizjattivi, li fl-aħħar mill-aħħar ifissru drittijiet u obbligi li b'xi mod jolqtuna lkoll.

X'inhu l-Europe Direct wara kollox? Fi ftit kliem huwa l-post fejn wieħed iħabbat meta jkollu xi mistoqsija dwar l-UE jew kif taħdem. Jew fejn issib fuljetti u kotba dwar l-UE mingħajr ħlas. Barra minn hekk, minn żmien għal żmien, dawn iċ-ċentri jorganizzaw attivitajiet biex jinformaw liċ-ċittadini dwar xi qasam partikolari marbut mal-UE. L-iskop li dawn iċ-ċentri jinżammu fi ħdan organizzazzjonijiet eżistenti huwa proprju biex ikunu eqreb tan-nies fil-prattika. B'hekk ilaqqgħu l-operat tal-organizzazzjoni li jkunu jagħmlu parti minnha mal-funzjoni tagħhom bħala punt ta' informazzjoni.

L-uffiċċju t'Għawdex huwa wieħed minn tlieta li għandna f'Malta. L-oħrajn jinsabu fi ħdan l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (Ħal Balzan) u ieħor fl-uffiċċju tal-GRTU (il-Belt).

Mela jekk għandek xi dubju li ilek biex tistaqsi dwaru, ikkuntattja lil xi wieħed minn dawn iċ-ċentri.

 

Europe Direct (Għawdex):

Il-Kamra tal-Kummerċ għal Għawdex

27 Republic Street

Ir-Rabat, Għawdex

Tel: 21 550305

 

Europe Direct (Ħal Balzan):

L-Assoċjazzjoni tal-Kunsill Lokali

153 Main Street

Ħal Balzan

Tel: 21 444296

 

Europe Direct (Il-Belt Valletta):

GRTU - Malta Chamber of SMEs (General Retailers and Traders Union)

Exchange Buildings

Triq ir-Repubblika

Il-Belt Valletta

Tel: 21 232881

 

 

Martin Bugelli

Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta